Żewġ Maltin, Charlene Formosa u Chris Borg, f'kollegament waqt Illum ma' Steph, irrakkuntaw kif nibtet il-ħajja ġdida tagħhom meta bdew jgħixu f'karavan. Ħajja ġdida li għażlu biex ikunu jistgħu jivvjaġġaw waqt li jġorru magħhom lill-kelba li jrabbu, Holly.

"Xtaqna li nagħmlu din il-ħajja ftit differenti u ovvjament nieħdu lill-kelba magħna... Xtaqna ngħixu barra pero ma konniex nafu fejn, u ddeċidejna li nfittxu xi ħaġa hekk... eventwalment għażilna motor home, biex inkunu nistgħu ngħixu fih, naħdmu, nirrilassaw, ġifieri l-vann huwa d-dar tagħna fil-verità..."

Filmat: Youtube/ Travel Tales

Jitkellmu ma' Steph dwar l-emozzjonijiet li ħassew meta raw l-ewwel darba l-karavann, id-dar il-ġdida tagħhom. Steph uriet anke siltiet mill-ewwel darba li raw il-karavan.

"Il-vann qatt ma konna rajnieh. Kien pass kbir li tlaqna kollox warajna, lill-familja, u qisek ħa tibda din il-ħajja ġdida, ma tafx x'inhu jistenniek, għax aħna ovvjament ma kellniex esperjenza fuq il-vannijiet."

Segwu aktar dwar il-ħajja differenti li jgħixu, id-deċiżjoni li ħadu u aktar.


Kyle Zarb