Il-programm Xi Tgħidli? Jirritorna bit-tieni istaġun flimkien mal-preżentatriċi Dorianne Mamo. Il-mistieden ta’ Dorianne fil-bidu ta' dan l-istaġun huwa Mike Spiteri. L-ewwel intervista se tagħtina ċ-ċans li nsiru nafu aktar dwar Mike.

Mike jitkellem dwar il-passat tiegħu fost l-oħrajn dwar ħolma li kellu. "Jiena xtaqt napplika, imma l-mama tiegħi qatt ma xtaqet li nispiċċa hemm", jgħid Mike. Isemmi kif żvolġiet il-karriera mużikali tiegħu fost l-oħrajn. Isemmi l-familja u kif  bl-għajnuna tal-Mulej, irnexxielu jrabbieha wkoll.

Il-Ħamis fis-19:30pm tistgħu ssegwu l-intervista sħiħa fuq TVM.

Facebook/ Mike Spiteri


Kyle Zarb