Waqt il-programm Xow tal-bieraħ, ir-rapper Owen Leuellen irrakkonta episodju partikolari li kellu ġewwa l-Istati Uniti.

Beda jirrakkonta, "Bażikament xtrajt rota fuq l-idejn, kont għaddej minn hemm, u jiena, ta' Malti li jien, qbadt dir-rota u għedt, 'Issa mmur biha ħa niffranka t-taxi llum.' U tlajt fuq il-highway!"

Kompla, "Mingħalija li kemm ħa tkun hekk, qed tifhem? Viċin jew simili ta' kif tkun Malta ... xorta ma titlax ... imma tlajt fuq il-highway u għamilt xi nofsiegha ħa mmut."

Hu u jirrakkonta daqslikieku kien f'film tal-azzjoni qal, "Qalbi hekk u l-karozzi għaddejjin. Imbagħad ġew għalija l-pulizija tat-traffiku, bdew jgħajtuli minn taħt il-pont b'dak il-microphone tal-films, hekk."

Araw ir-rakkont kollu hawn taħt:


Bradley Cachia