Ilbieraħ kien l-ewwel programm li rajna lil bombshells il-ġodda ta' Love Island u stajna nibdew insiru nafuhom ftit aktar. Soulayma u Shanise kellhom iċ-ċans li jmorru fuq date, Soulayma għażlet li tieħu lil Kyle filwaqt li Shanise għażlet li tieħu lil Allen.

Waqt id-date tagħha ma' Kyle, Soulayma żvelat li ħafna nies ikunu sorpriżi meta tgħidilhom li hija verġni u qed tistenna lil xi ħadd speċjali. Hi tgħid li tgħaddi l-messaġġ li hi mhux ta' kulħadd. Kyle jistqarr, "100 punti għalija għax diffiċli ssib."

Hi tgħid li kienet l-għażla tagħha u wara l-għażla tagħha kien hemm diversi raġunijiet u fatturi differenti. Hi tgħid li wħud minnhom kienu li ma kinitx lesta, ma tridx tkun ta' ħafna nies, ir-reliġjon u anke l-fatt li ma ħassitix komda.

Araw il-filmat hawn taħt.


Gwida.mt