Storja li dehret fuq it-televiżjoni fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-istorja ta' Jeffrey, resident f'DAR Bjorn. Jeffrey kien hemm għall-kollega tiegħu meta l-aktar li kellha bżonnu. Il-kollega tiegħu kienet tilfet lin-neputi ta' 7 ġimgħat u għal żmien twil Jeffrey kien jara kif inhi, jagħtiha ċempilha u jkun hemm ta' faraġ.

Iżda saħħtu bdiet tmur lura u Jeffrey kellu jħalli l-post tax-xogħol. Jeffrey u Sandra tilfu l-kuntatt għal xi żmien. Kif wieħed jobsor kulħadd ikompli b'ħajtu iżda meta kollega tagħha qallha biex tmur tara lil Jeffrey ma stennietx wisq. Kienet ħadet xokk meta sabitu fl-istat li kien u minn hemm bdiet tgħinu sabiex jgħix b'mod dinjituż.

Saħħet Jeffrey baqgħet sejra lura u kellu bżonn lil xi ħadd miegħu b'mod kostanti. Sandra bdiet titlob li ssib soluzzjoni u hemm tfaċċat l-għajnuna ta' Bjorn. Araw l-istorja sħiħa ta' Jeffrey hawn taħt!


Emil Calleja Bayliss