Bħalissa għaddejja fażi oħra waqt il-kompetizzjoni tal-preżentaturi prospettivi waqt Illum ma' Steph. Fil-fatt diġà saru l-ewwel intervisti li kellhom iħejju l-parteċipanti bħala sfida biex jgħaddu għall-fażi li jmiss.

Huma kellhom jippreparaw xi tip ta' intervista bin-natural tagħhom, u għal dan huma se jiġu ġġudikati kemm bil-vot tal-pubbliku kif ukoll bil-punti tal-ġurija. Il-ġurija professjonali li ser ikunu qed jagħtu l-punti tagħhom huma;

  • Gordon Bonello
  • Emil Calleja Bayliss
  • Ron Briffa
  • Dr. Mark Sammut
  • Sur Charles Dalli
  • Mr. Frans Lia
  • Noelene Miggiani
  • Sur Joseph Zammit
  • Dr. Michael Spagnol

Il-parteċipanta Maria Emma Buhagiar għażlet li tagħmel din l-ewwel intervista tagħha fil-vjaġġ ta' Illum ma' Steph, u inġenerali, ma' eks għalliema tagħha li tant tfisser għaliha. Fil-fatt tazzarda ssejħilha ħabiba kbira, hekk kif dejjem sabitha ta' kuraġġ u appoġġ.

Fil-fatt Emma u l-mistiedna tagħha, Mrs Claire Mangion, tkellmu minnufih dwar il-mument meta ltaqgħu l-ewwel darba fil-klassi tal-Ingliż. Claire tistqarr minnufih li f'Emma mill-ewwel rat il-karattru allegruż u dħuli tagħha, li tant ammirat.

Min-naħa tagħha Emma staqsiet lil Claire dwar dak kemm kienet tagħmel kuraġġ lilha u lill-istudenti kollha, anke jekk f'xi waqtiet kellha esperjenzi koroh. Fil-fatt Claire issemmi meta inħarqet parti minn darha, u kliem wieħed mill-pumpiera li ġew jgħinuhom, baqa' f'moħħha.

Dan l-istess messaġġ xtaqet tgħaddieh lil Emma u lill-istudenti kollha, u hawn fejn tisħaq li hi ma tgħallimx biss l-Ingliż, iżda trid tkun hemm bħala ħabiba wkoll għall-istudenti u tagħtihom pariri għall-ħajja.

Emma toħroġ anke messaġġ hi minn dan li ntqal u ddur lejn il-pubbliku biex tagħmel kuraġġ lil min forsi għaddej minn mumenti iebsin. Segwi l-intervista hawn:

Facebook/ Illum ma' Steph


Gwida.mt