Fuq il-paġna ta' Kuxjenza ġie ppubblikat filmat meħud mill-programm fejn ġie diskuss dwar il-bżonn li min iħaddem jagħti permess u appoġġ lill-ħaddiema li regolarment jagħtu d-demm.

Donatur għal aktar minn 24 sena jitkellem dwar kif f'post tax-xogħol wieħed ma sabx koperazzjoni, iżda llum il-ġurnata jsib appoġġ biex imur jagħti d-demm. Jingħad anke appell Blood Donation Malta; "Inħeġġeġ biex il-management jikkopera magħna."

Fil-programm kien hemm Maria, li sabet l-għajnuna propju grazzi għad-donazzjonijiet tad-demm. Segwi aktar fil-programm HAWN

Facebook/ Blood Donation Malta - NBTS


Kyle Zarb