L-attriċi u preżentatriċi Melanie Magri kienet mistiedna fuq il-programm ta' Sibtek preżentat minn Ryan u Josmar. Bħalma jiġri f'kull programm il-mistiedna qasmu xi esperjenza li kellhom fil-passat, jew xi storja partikolari.

Melanie rrakkuntat x'ġara bil-faqqiegħ fil-karozza tagħha! Tispjega kif darba meta kienet qed issuq fiċ-ċpar, bi żball telgħet fuq central strip. Hi kemm saqet lura, u kompliet bi triqitha lejn ix-xogħol. 

"Beda jidħolli l-ilma u wara xi ftit xhur, bdejt inħoss xi ħaġa soft taħt it-tapit. Mort għand missieri ssoltu, u għidtlu, 'M'għandix xi ġurdien jew xi ħaġa hux?'" Meta marru biex jiċċekkjaw isibu faqqiegħ! 

Segwu aktar hawn taħt:


Kyle Zarb