Waqt Sibtek kienet mistiedna l-kantanta lokali maħbuba Ira Losco, fejn il-preżentaturi Ryan u Josmar tkellmu magħha dwar diversi aspetti minn ħajjitha.

Fost il-ħafna affarijiet li tkellmu dwarhom, Ryan u Josmar urew lil Ira ċ-ċajta li għamlulha meta Sonya (Josmar) ċemplitilha u staqsitha dwar pariri ta' wara t-tqala!

Huma tkellmu ħafna, u Sonya damet tgħidilha kemm tħobbha u kemm  tammiraha. Skontha ltaqgħu anke waqt xi tieġ! Sonya xtaqet taara x'dieta tista' tagħmel biex tonqos wara t-tqala u x'l-aħjar isir.

Segwu din iċ-ċajta ħelwa li għamlulha Ryan u Josmar! 


Kyle Zarb