Il-karattri fit-tieni staġun f'TA' GERIT qed ikomplu jiżviluppaw u qed inkomplu niskopru aktar trufijiet minn ħajjithom. Fl-aħħar episodju rajna x'ġara wara l-ġlieda li nqalgħet bejn GERIT u omm Maria.
Filmat li tefgħu fuq il-paġna ta' TVM juri lil David jipprova jifhem x'ġara fil-waqt li jdur b'omm Maria wara li ġiet fl-idejn ma' Gerit. "Tantx tiġi ddur b'ommok int ta'!", tgħid lil binha Gerit.
Omm Maria tkompli tgħidilha, "U int m'għandek xejn!" Gerit minnufih taqbeż, "La għandi u lanqas ikolli! Folla rrid bħalek jien!" Wisq dawn it-tnejn, qisu ma tantx qablu!
Illejla tkompli l-istorja waqt TA' GERIT, fid-20:45 fuq TVM. Ser issegwu?
TA' GERIT/ TVMi