It-traffiku u s-sitwazzjoni fit-toroq tagħna jibqgħu suġġett li jqanqal lil ħafna, u li n-nies kontinwament jikritikaw. Jidher li għadha ma nstabitx soluzzjoni vijabbli biżżejjed biex wieħed jivvjaġġa għax-xogħol ngħidu aħna.

Il-mistednin waqt TVAM jitkellmu dwar dan, kif ukoll dwar il-vizzji li għandhom is-sewwieqa Maltin, fosthom li jużaw il-mowbajl jew joqogħdu moħħhom fih waqt li jsuqu. 

Fost dak li ntqal ġie ssuġġerit li jkun hawn il-mono rails f'Malta, trasport tal-massa. Minkejja li jitranġaw it-toroq huwa tajjeb u bżonnjuż, waqt TVAM intqal, "Fadal soluzzjoni waħda biss... monorail, jiġifieri trasport tal-massa."

Taqbel?


Kyle Zarb