Waqt Illum ma' Steph kienu mistednin Raymond Aquilina  u martu, li tkellmu dwar il-passatemp tiegħu u l-imħabba li għandu lejn l-avvdentura. Infatti minn dejjem kien jammira dawk li jagħmlu xi mixja twila, ma jaqtgħux qalbhom, fosthom tal-Cammino de Santiago.

Minn wara li rtira, Raymon qabad din id-drawwa li jagħmel il-pellegrinaġġ waħdu, u baqa' jżommha. Martu minkejja li tinkwieta għalih meta hmur għal xi avventura ta' dan it-tip, dejjem kienet hemm biex tappoġġjah u dan tgħidu hi stess waqt l-intervista.

Issa għal għeluq is-70 sena tiegħu ha jagħmel mixja b'differenza, biex jiċċelebra l-grazzja li għadu mimli bis-saħħa. Ser jiġbor il-fondi mill-mixja biex jgħin lil ħaddieħor.

Aħna ningħaqdu ma' Illum ma' Steph u nawguraw lil Raymond kull suċċess għal din il-mixja b'għan nobbli, li ħa jaghmel fil-Camino de Santiago biex ikun jista' jghin lil Caritas Malta. Idħlu HAWN biex tgħinu intom ukoll.

Youtube/ Illum ma' Steph


Kyle Zarb