It-telespettaturi ta' TVM ikunu qed jistennew b'ħerqa kull nhar ta' Sibt, biex isegwu programm li tant iġib spirtu pożittiv fid-djar tan-nies u jservi ta' kumpanija mill-isbaħ. Qed nirreferu għal Sibtek li dejjem ilaqqgħuna ma' mistednin speċjali.

F'Sibtek li jmiss ser inkunu qed niltaqgħu ma' żewġ familji mużikali maħbubin immens mill-Maltin u l-Għawdxin. Qed nirreferu għal Joe Bezzina, Justine Bezzina u Anthea Bezzina kif ukoll J Anvil flimkien ma' uliedu Jade u Craig. Ser ikunu qed jieħdu sehem il-missirijiet flimkien mal-ulied. 

Araw daqsxejn x'għandna nistennew! Sibtek, nhar is-Sibt li ġej 


Kyle Zarb