Fuq il-paġna uffiċjali ta' Sibtek ġie ppubblikat filmat meħud mill-programm li jmiss nhar is-Sibt li ġej li ser ikun iddedikat għall-mużika Maltija.

Il-mużika Maltija tibqa' fost l-għeżeż għall-Maltin u l-Għawdxin. Dan jidher biċ-ċar minn festivals bħal Mużika Mużika, kif ukoll l-appoġġ li juri l-pubbliku meta jkun hemm kanzunetti bil-lingwa Maltija.

Fost il-mistednin li ħa jkun hemm insibu tlieta mill-grupp ERBA', Maria, Kelsey u Anthea, lil Mark Spiteri Lucas, Julie Pomorski u Krista Sujak. Se jkollhom bla dubju anke sfidi li jinkudu kanzunetti Maltin, fejn fil-promo nistgħu naraw min mill-mistednin għaraf il-kanzunetta Ritmu... (kollha kemm huma!)  

Segwu Sibtek nhar is-Sibt li ġej fuq TVM.


Kyle Zarb