Dorianne, flimkien mat-tim ta’ TVAM reħewlha fit-toroq biex jagħmlu sfida lil xi persuni li jiltaqgħu magħhom dak il-ħin.

Din l-isfida kienet waħda ħelwa u sempliċi mmens, fejn in-nies kull ma kellhom jagħmlu huwa li jagħmlu telefonata lil xi ħadd li jridu huma u jgħidulhom li jħobbuhom. Ħafna minn dawn in-nies aċċettaw l-isfida u ċemplu lill-mara jew ir-raġel tagħhom, kif ukoll lil xi ġenitur. Persuna minnhom, minħabba li kellha lir-raġel ħdejha ma kellhiex għalfejn iċċempel lil ħadd u marret fuq żewġha u qaltlu li tħobbu dak il-ħin stess.

Huwa sabiħ ħafna li nuru l-imħabba tagħna lejn l-għeżież tagħna u tajjeb ukoll li nfakkruhom li nħobbuhom billi ngħidulhom dik il-famuża kelma “inħobbok”.


Henzley  Bezzina