L-esperjenzi tal-ħajja jgħalmuna nikbru u nissaħħu. Meta Angie Laus marret iż-Żambja mat-tim tal-proġett iltaqgħet ma' tifel li baqa' mqabbad magħha sakkem telqet. "Kellu 7 snin li kuljum konna mmorru l-iskola u hu joqgħod fl-inħawi biex immorru l-iskola. Iltqajt ma’ dan it-tifel Blessing, li jien ġejt vera ‘in love’ miegħu. Vera ħabbejtu u hu wkoll. Tinduna l-ħin kollu jżommli jdejja, il-ħin kollu jiġri warajja. Jgħannaqni u jbusni".

Angie tiddeċiedi li taddotta lil dan it-tifel u tgħatih dak kollu li jkun hemm bżonn, "Qabel ma tlaqt miż-Żambja fthemt mal-Father li jieħu ħsieb u mal-ġenituri tiegħu illi kull ħaġa li jkollu bżonn jgħiduli u jekk nista’ ngħinu bħal edukazzjoni, ħwejjeġ, ikel kellhom jgħiduli. Dat-tifel ix-xewqa tiegħi kienet li xi darba nibqgħu niltagqħu u jiġi Malta". 

Iżda x-xorti ta' din it-tifel kienet mod ieħor. "Sfortunatament darba minnhom irċivejt messaġġ filgħodu illi Blessing kien miet. Għall-bidu ħadtha ħażin ħafna, għax għedt: “ Miet biex miet?” Angie tgħidilna dan fl-intervista li għamilnielha. 

Advert ends in 0 seconds

Il-Maratona tal-Missio ser issir nhar is-sibt 14 ta' Marzu. Fiha ser ngħinu lil ħafna tfal bhal Blessing jgħixu ħajja diċenti. Fir-rivista GWIDA hemm l-intervista ma' Angie Laus, tirrakonta x'kien ġralha fiż-żjarat tagħha tal-missjoni. 


Anthony Baldacchino