Tkellimna ma' Audrey Brincat Dalli l-awtriċi tas-serje televiżiva L-Għarusa. Għal min isegwi l-kitba ta' Audrey fuq s-sit tagħha Audrey Unscripted, titkellem ħafna fuq it-telfa ta' tarbija tagħhom. 

Audrey tkellmet ma' Gwida.mt u rrakontatilna l-esperjenza qarsa li għaddew minnha hi u r-raġel tagħha Steven. Audrey tgħidilna li għal bidu t-tqala kienet normali sakkem ta' 6 xhur indunaw li kellha l-pressjoni għolja. "Wara ftit iddeċidew li kien aħjar jekk ikolli inwelled ċesarja b’emerġenza. Kemm għat-tarbija u kemm għalija. Fis-17 ta’ Diċembru twieldet Valentina".

Valentina meta twieldet kienet sejra tajjeb ħafna u kull ma kellha kienet żgħira, allura riedet ittella’ l-piż biex tkun tista’ toħroġ mill-isptar.

Ara l-intervista hawn: 

Audrey tgħidlna li kienet tfittex fuq l-Internet biex issib min għadda mill-istess esperjenza. "Tant ikollok weġgħa kbira ...il-weġgħa tkun tħossha fiżikament mhux sempliċi emozzjonalment. Tibda tħoss uġiegħ fiżiku u xtaqt nara jekk hemm xi ħadd li qed jaqsam l-istess emozzjonijiet miegħi. Ma stajt insib lil ħadd lokalment li kien qed jitkellem fuqha. Allura tħossok qisek waħdek aktar. Tħossok aktar maqtugħ. Ħassejt il-bżonn li naqsam l-istorja".

Lil ġenituri li għaddejin mill-istess sitwazzjoni Audrey tgħidilhom: 

"Lil min għaddej minnha bħalissa naf li hu muġugħ ħafna. L-uġiegħ li jkollok tibda taħseb li l-affarijiet ma jistgħux imorru għal aħjar. Tant tħossok magħluq għalik innifsek qisek separat mil-bqija tas-soċjetà, l-verità hi li l-affarijiet biż-żmien jiġu għal aħjar ukoll. Allura nixtieq ngħatijhom messaġġ ta’ tamà. Ta’ kuraġġ iktar mili xejn".

Audrey ukoll b'appell għal qraba, ..."Importanti ħafna anke għall-bqija tan-nies li jħallu l-ġenituri jesprimu ruħhom u jesprimu d-dieqa tagħhom. Jħalluhom jsemmu lil uliedhom. Meta l-bqija tas-soċjetà iġġiegħlek tħossok li ma tistax titkellem fuq it-tfal li tlift qed tagħmilhom diservizz fil-verità. Għax mhux qed tgħati opportunità li jfiequ minn grieving process li jridu jgħaddu minnu. Dak huwa parti mill-grieving tagħhom".

Audrey u Steven illum għandhom ġuvni żgħir jismu Leo li bħal ma qalet tajjeb Audrey fil-filmat jaf li hemm oħtu fil-ġenna ma' Ġesù.


Anthony Baldacchino