L-aħwa Preca, Roberta Preca u Ramona Farrugia Preca kienu mistednin fuq Awla lbieraħ. Huma tkellmu fost l-oħrajn dwar il-preżenza tal-għażiż missierhom li llum m'għadux magħna.  

Roberta tispjega li, "Aħna xorta għadna nħossu lill-papà magħna minkejja t-telfa tiegħu. Spiritwalment xorta nħossu li qiegħed magħna." Tisħaq li għandhom id-dar kollha mimlijin ritratti tal-familja, u dik tgħin ħafna biex jibqa' magħhom fl-ispirtu.

Apparti minn hekk Ramona tgħid, "Tant il-ħajja tagħna hi impenjattiva, u lilu nikkalkulawh li xorta qiegħed magħna, għax hu kien jieħu pjaċir li għandna x-xogħol u qegħdin ix-xogħol, li nħossu qisu kollox għadu għaddej..."

Segwi aktar hawn taħt:

Facebook/ Ramona Preca


Kyle Zarb