Waqt il-programm li jmiss ta' Sibtek, ta' nhar is-Sibt li ġej, fost il-mistiedna ħa jkun hemm il-kantanta lokali Moira Stafrace flimkien man-neputi tagħha Marc Alan Spiteri Stafrace, preżentatur tar-radju fuq Magic Malta. Fil-promo li xerrdu t-tim ta' Sibtek, Moira u Marc jidhru jkantaw flimkien ukoll.

Emozzjonata Moira titkellem dwar l-importanza li bħala familja kollha jaraw li jkunu hemm għal xulxin, u ssemi l-għaqda li hemm bejniethom. "Aħna familja magħqudin u qegħdin hemm għal xulxin." Bla dubju l-2022 ma kinitx sena faċli meta miet Chris Scicluna, ir-raġel ta' Moira u z-ziju ta' Marc.

Araw x'inhu mistenni f'Sibtek ta' nhar is-Sibt:


Kyle Zarb