Alana Bondin, wiċċ simpatiku li ħafna jafu fuq it-televiżjoni! Minn żeffiena, għal preżentatriċi għal fotografu - il-Bambin żewwaqha b'doni sbieħ li tagħmel l-aħjar użu minnhom! Dejjem bi tbissima iżda l-akbar tbissima li probabbli ħa jkollha ħa tkun eżattament 99 ġurnata oħra!

Ilbieraħ fuq il-midja soċjali, Alana qasmet collage ta' ritratti mal-maħbub tagħha Nicholas! Hi u Nicholas ħa jiżżewġu 99 ġurnata oħra! Il-hashtag tagħha "Alla jibgħathieli tajba" turi l-karattru ċajtier li għandha Alana!

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Alana u lil Nicholas l-isbaħ xewqat għal ħajja feliċi flimkien! Żgur li l-ġurnata speċjali tagħhom ħa tkun mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbhom u ħa jkunu mdawrin b'dawk l-aktar għeżież għalihom! Awguri mill-qalb!

Facebook / Alana Bondin


Emil Calleja Bayliss