Il-kantant lokali u rebbieħ tat-tieni staġun ta' Mużika Mużika, Kurt Calleja, jumejn ilu ċċelebra għeluq sninu. Kurt xtaq juri l-gratitudni lejn l-affarijiet sbieħ u prezzjużi li għandu f'ħajtu. Japprezza kull ma kiseb matul l-aħħar sena b'mod speċjali.

"KAPITLU 35. Wieħed mimli gratitudni, umiltà u determinazzjoni bla waqfien. Grat għal dak kollu li ngħatajt u dak kollu li ksibt, il-lezzjonijiet kollha li tgħallimt u l-imħabba li rċevejt. Nitlob li nkun umli biżżejjed biex inkompli nitgħallem, nikber u nirċievi l-imħabba – speċjalment meta nibda naħseb li ma ħaqqnix."

Kurt għandu l-għan li jkun determinat biżżejjed li jaħdem biex jagħmel differenza fid-dinja. Awguri mill-ġdid Kurt!

Facebook/ Kurt Calleja


Kyle Zarb