Il-paġna Aġġornament tat-temp kitbet dwar dak li hu mistenni fil-ħin li ġej. Hu mistenni li l-Mediterran jesperjenza temp instabbli kif nistgħu naraw indikat fir-ritratt li xerrdet.

Dan it-temp ser jippersisti f'dan il-perjodu. "Kif jidher mill-grafika, sistema ta' maltemp mistenni tidħol fil Mediterran u ser iġġib temp instabbli speċjalment fuq Sqallija. Fuq Malta parti minn dan il maltemp ser imiss il gżejjer Maltin. Min issa (possibiltà ta' xita ukoll issa) ser ikun imsaħħab u xita għada prevista minn wara 14:00 ta' Għada l-Erbgħa 8 ta' Mejju."

L-għola temperatura mistennija tmiss il-21°C u l-inqas tinżel 13 °C.


Kyle Zarb