It-tenur Malti Joseph Calleja kiteb dwar rikonoxximent li għadu kemm kiseb dal-aħħar wara s-sehem tiegħu ġewwa Franza. Fil-fatt l-E.T. Agnes Von der Muhll preżentatlu r-rikonoxximent magħruf bħala “Chevalier de l’Ordre des Arts et Lettres.”
“Kien privileġġ li nirċievi l-‘Chevalier de l’Ordre des Arts et Lettres’. Ir-rabta tiegħi ma’ Franza tmur lil hinn mill-opra grazzi għal Michael Tabone u sħabna f’Vins de Saint-Emilion. Nixtieq ukoll nirringrazzja lill-Eċċellenza Tagħha Agnes Von der Muhll u lit-tim mill-isbaħ tagħha!”
Prosit Joseph!
Facebook/ Joseph Calleja