Sar studju fl-Amerika, fejn in-nies ġew mistoqsija dwar it-tul tal-films. L-istudju wera li t-tul ideali ta’ film għandu jkun sagħtejn u mhux itwal.

Il-kwestjonarju sar fuq 2,000 adult.

Ir-riżultati ta’ dan l-istudju huma ironici ħafna meta wieħed iqis li l-blockbusters mill-aħħar sentejn kienu t-tnejn ħafna itwal. Avatar: The Way of Water li ħareġ fl-2022 kienet twil tliet sigħat u 12-il minuta. Oppenheimer li ħareġ is-sena l-oħra kien twil eżattament tliet sigħat.

Ir-raġunijiet mogħtija mill-parteċipanti kienu jinkludu li l-films twal isiru tedjanti u li jieħdu ħafna ħin.


Bernard Xuereb