Bjorn Formosa, ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali tiegħu, żgur li qajjem l-interess fost is-segwaċi ta' Fabrizio Faniello. Dan għaliex hu kiteb, 'Dejjem kelli ammirazzjoni għal Fabrizio Faniello, raġel umli li jagħti qalbu. LIl Fabrizio staqsejnieh biex jagħmlilna l-kanzunetta uffiċjali ta' din is-sena, 'Sal-Aħħar Nifs'. B'kumbinazzjoni din is-sena tagħlaq 25 sena minn mindu smajna l-ewwel darba din il-kanzunetta leġġendarja."

Hu jżid, "Fl-4 ta' Mejju, 20:00 fuq ONE, ser tisimgħu verżjoni ġdida ta' din il-kanzunetta. Ser ikun l-ewwel anniversarju ta' DAR Bjorn u bix-xieraq nżanżnu din il-verżjoni ġdida. Żammejna l-istess lirika imma żidna sorpriża sabiħa. Ma' Fabrizio ser ikun hemm 2 kantanti oħra, tgħid min? Grazzi kbira lil Philip Vella u Sean Vella tal-arranġament ġdid u frisk!"

Min isegwi l-mezzi soċjali, taf ra xi filmati ta' Fabrizio ma' żewġ artisti oħra li m'għandhom bżonn ta' ebda introduzzjoni fix-xena lokali! Għalkemm aħna nafu min, ħa nħallukom ftit bil-kurżità. Jekk taħsbu li tafu min huma tiddejqux tgħidulna hawn taħt!

Facebook / Fabrizio Faniello


Emil Calleja Bayliss