Ftit tas-sigħat ilu ġie żvelat li l-Malti Ilyan Seychell għadu kemm rebaħ Best European Model waqt il-konkors Manhunt International.

Malta rebħet l-aqwa mudell tal-Ewropa, filwaqt li r-rebbieħ tal-Ażja nsibu l-Vjetnam, għall-Afrika Sierra Leone, Oceania lil New Zealand u tal-Amerka Kolombja. Manhunt International hija kompetizzjoni popolari immens li ilha tkun ta’ appuntament kważi kull sena mill-1993.

Ilyan Seychell mhux wiċċ ġdid għax-xena tal-modelling, hekk kif rebaħ Mr Malta fl-2023, filwaqt li ġie t-tieni fl-2020 u t-tielet fl-2018. Ġie wkoll fit-tielet post f’Mr.Supranational fl-2019.

Il-finali għal dan il-konkors huwa proprju għada 26 ta’ Mejju. Awguri Ilyan, awguri Malta!

Facebook/Ilyan Seychell


Charlton Cefai