Waqt il-programm Illum ma' Steph kienu mistednin Gordon Bonello u l-imħabba ta' ħajtu Clara Farrugia flimkien ma' binthom iċ-ċkejkna Hazel. Gordon u Clara jitkellmu dwar il-familja tagħhom, kif ukoll dwar l-importanza tal-irwol tal-omm u l-missier.

Fl-okkażjoni ta' Jum il-Missier, Gordon jitkellem dwar l-irwol ta' missier fejn jagħti l-kontribut tiegħu anke fl-irwol id-dar. "Aħna l-irġiel għandna nkunu role models għat-tfal tagħna... Aħna ġejna mfissdin iż-żejjed mill-ommijiet tagħna, insibu kollox lest..."

Clara titkellem dwar kemm Gordon issibu dejjem hemm biex jieħu ħsieb id-dar u Hazel meta hi tkun ix-xogħol, fejn ikollha sigħat twal. "Fil-każ tagħna jien naħdem ħafna iktar, ġifieri hu kellu jkun aktar hands on ma' Hazel. Allaħares ma kienx hu li ħa aktar l-irwol id-dar, li jieħu ħsieb lit-tifla, jekk hemm bżonn jaħsel lit-tifla, jsajjar, kolllox, għaliex le?"

Segwu aktar hawn taħt:


Kyle Zarb