Kellymni: Episodju 30 - Stephanie Spiteri

Stephanie Spiteri titkellem ma’ Melanie Kelly. Is-soltu Stephanie tkun fuq in-naħa l-oħra tistaqsi l-mistoqsijiet hi, iżda din id-darba ħa jkollkom ċans issiru tafuha ftit aktar mill-viċin.

48 minuta

Melanie Kelly titkellem ma’ Stephanie Spiteri, fejn ser ikollna ċ-ċans li nsiru nafu lil din il-preżentatriċi aktar mill-qrib. Stephanie nafuha minn età żgħira fuq it-televiżjoni, u niftakurha tirrappreżenta lil Malta bħala mudella fuq skala internazzjonali. Iżda minkejja li nħossuna nafuha għax ilna snin twal narawha fuq it-televiżjoni, hemm episodji li forsi ma nafux jew qatt ma smajna dwarhom.

Hi titkellem dwar incident li kellha fi snin riċenti, incident li fih spiċċat bi ħruq f’saqajha u kellha bżonn l-għajnuna ta’ dawk l-aktar qrib tagħha – ħutha, ħbieb tal-qalb u qraba oħra. Ma kienx żmien faċli għaliha u sa ċertu punt għadha ssfori minn dan l-inċident sal-ġurnata tal-lum. Stephanie tmur anke lura fil-passat fejn tirrakkonta meta kienet ta’ sfida enormi għaliha biex tibqa’ miexja ’l quddiem u kellha problem finanzjarji, iżda għelbet dan iż-żmien ukoll.

 Waqt il-podcast Kellymni ħa niskopru ftit dwar iż-żewġ fares li kellha Stephanie dan l-aħħar fuq il-programm tagħha Illum ma’ Steph, u kif bdiet tibża’ li se tagħmel xi oħra minn tagħha! Żgur li grazzi għal Kellymni se tiskopru aktar dwar waħda mill-aktar preżentaturi maħbuba mal-Maltin u Għawdxin.