l-Malta Ranger Unit qabdu żewġ għaddasa jistadu b’mod illegali fl-Aħrax tal-Mellieħa.

“Fl-10pm (ilbieraħ) ir-Rangers lemħu liż-żewġt irġiel ġewwa Slugs Bay, l-Aħrax (Mellieħa) u immedjatament avżaw lid-Dipartiment tas-Sajd wara li lokalizzati wkoll iż-żewġ vetturi użati,” kitbu r-Rangers fuq il-każ.

“Nixtiequ nirringrazzjaw lid-Dipartiment tas-Sajd għall-azzjoni rapida dwar il-kwistjoni. Ġie nnutat direttament li waħda mill-vetturi kienet ta' persuna li diġà nqabdet f'nofs April mill-istess Rangers, waqt li bil-lejl kien qed jistad bil-lanza fil-bajja tal-Mistra.”

“Meta s-sajjieda tal-lanza telgħu mill-baħar, il-Gwardjani flimkien mal-Uffiċjal tas-Sajd ħadu lill-individwi b’sorpriża. “It-tagħmir kollu kif ukoll il-qabda ġie kkonfiskat. L-individwi ġew mwissija malajr li se jittieħdu passi legali kontrihom.”

Facebook/Malta Rangers Unit


Bernard Xuereb