Illum wasal il-jum speċjali għall-koppja lokali, l-kantant Christian Arding u l-attriċi Graziella Montebello. Illum huma qalu s-signor si, mument li ilhom tant ħerqana għalih.
Kemm-il darba naraw xi post minn tagħhom indirizzata lil xulxin f'xi okkażjoni bħal għeluq sninhom jew l-anniversarju minn meta beda l-vjaġġ ta' mħabbithom.
Mil-lum ser ikollhom l-anniversarju tat-tieġ. Ritratti esklussivi meħudin waqt it-tieġ juru mumenti prezzjużi mit-tieġ, fosthom meta għamlu l-wegħda lil xulxin.
Awguri minn qalbna Christian u Graziella! Nixtiqulkom l-isbaħ affarijiet f'ħajjitkom illum u dejjem!
Emil Calleja Bayliss