L-artista lokali Ira Losco qasmet dak li qiegħda tħoss, hekk kif illum uffiċjalment ħarġet mid-dar tagħha, għall-post mikri qabel timxi ġod-dar il-ġdida tagħha u ta' żewġha Sean.

Ira tistqarr, "Dan huwa l-ewwel pass qabel ma mmorru fid-dar il-ġdida tagħna, b'saqaf fuq rasna - u jien grata ħafna - fejn nistgħu nagħmlu memorji ġodda ma' wliedna. Dar fejn nistgħu nidħku, nieklu u nixorbu - l-affarijiet kollha li jien grata ħafna għalihom."

Ira tgħid li ma kinitx deċiżjoni faċli biex jagħmlu dan, "Kienet emozzjonalment diffiċli billi konna mxejna fid-dar tagħna bħala tnejn u tlaqna bħala erbgħa. Tant memorji hemm. Kellna l-ewwel tifel tagħna f’dik id-dar, iċċelebrajna l-ewwel Milied tagħna bħala familja hemmhekk, ħadna gost bl-ikliet tal-familja u esperjenzajna lockdown matul din il-pandemija ħarxa."

Ira tkompli li ma kinitx faċli b'tarbija u tifel iżda dejjem ħadmu bħala tim. Barra minn hekk, ħafna bagħtulha li jistgħu jirrelataw magħha għax għamlu l-istess ħaġa f'ċirkostanzi simili.


Emil Calleja Bayliss