Fuq il-profil ta’ Instagram tagħha Ira Losco kitbet erba’ kelmiet ta’ riflessjoni dwar l-għażliet tal-karriera ta’ ħajjitha.

ira
Ritratt: Facebook/Ira Losco

Ira qalet: “Xi kultant naħseb miegħi innifsi x’kien jiġri kieku qatt ma ħabbejt il-mużika? Kieku qatt ma laqtitli qalbi, x’kien jolqotni? Fejn kont nispiċċa? X’kont inkun nagħmel? MIN kont inkun?”

Jista’ jkun li kieku Ira ma kinitx passjonata dwar il-mużika kienet tispiċċa air hostess bħalma kienet ommha u bħalma hi oħtha Jacqui. Intom x’taħsbu? X’kienet tkun Ira li kieku mhux kantanta? U x’kontu tkunu intom?

Facebook/Ira Losco


Nicole Barbara