Id-DJ bl-isem ta’ Siconix jumejn ilu ħareġ bi track ġdida li semmiha Kulħadd Meqrud. Jekk forsi ma tafux, il-mużika hi bbażata fuq filmat ta’ żmien ilu meta kien għadu jsir Malta Sajf, fejn wieħed kien esprima “allost*a man, kulħadd hekk, meqrud!”

Il-filmat juri konglomerazzjoni ta’ bosta xeni diżastrużi Maltin, fosthom ta’ raġel li neża nofsu għarwien quddiem kastilja u ntefa’ jiżfen.

Apparti minn hekk, hemm bosta biċċiet oħra fil-filmat li juri d-drabi kollha li xi nies f’Malta litteralment iddeċidew jinżaw għarwenin fil-pubbliku!

meqrud

Tiftakkruhom intom dawn l-‘inċidenti’?

Facebook/Siconix


Nicole Barbara