Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, John Busuttil qasam messaġġ pożittiv li verament għandu jkun ta’ eżempju għal bosta familji.
Beda billi qal, “Lejl Ġappuniż mal-familja! Fl-istess ħin nixtieq inwassal messaġġ pożittiv ta’ mħabba. Jien u omm ibni Damian iddivorzjajna, iżda tibqa’ omm ibni. Marti Janice Busuttil, ta’ mara mimlija mħabba stednitha d-dar biex ibni jkun ferħan u jgawdi lil ommu u lil missieru f’daqqa u mhux imur naħħa jew oħra.”
Kompla billi żied jgħid, “Alla ppremjaha lil marti għax kienet imdawra mit-tliet uliedha u taw wirja ta’ familja fejn ma ħassew l-ebda differenza minn ħuhom tar-rispett, għax flimkien b’uliedhom konna familja waħda mimlijin imħabba u ferħ. Grazzi Janice Busuttil, grazzi Damian Busuttil, grazzi Yanika, grazzi Miguel, grazzi Vivi, grazzi Madoka, grazzi Macham, grazzi Mako, grazzi Mulej li dawwartni b’ daqshekk imħabba.”