Alana Bondin bħal ma tagħmel ħafna drabi ħalliet messaġġ speċjali għall-maħbub tagħha Nicholas, dak li għada pit għada ħa jkun żewġha! Illum għalqu tnax-il sena flimkien, xi ħaġa li tant huma grati għaliha!

"Jien u niktibha nibda ngħid 'bis-serjeta jew?'Dejjem xtaqtha imma ejja ngħidu qatt ma bsart li tista' tiġri, imma meta ssib persuna li bit-tajjeb u l-ħażin kollu tat-tnejn li aħna nibilanċjaw lil xulxin!... Persuna li magħha kbirt u naqsam litteralment kollox… il-ħsibijiet, id-dwejjaq,  il-ferħ..." 

Tagħlaq billi tirringrazzjah ta' imħabbtu lejha u talli hu dak li hu. "Inħobbok kif int u b’kull ma ġgib miegħek, kemm ferħ u dagħa… u dagħa kbir" Ma jonqosx li tuża laqta' umoristika fit-ton tagħha! Tgħidlu li tħobbu u li għaż-żmien li ġej ser jibqgħu l-koppja li kienu f'12-il sena!

Nawgurawlhom mill-qalb!


Kyle Zarb