Il-kantant u attur lokali Neville Refalo kien il-mistieden ta' Renato Vella waqt il-programm Taħt L-Umbrella fil-Morning Mix fuq ONE. Neville tkellem dwar il-karriera tiegħu u dwar il-mument li biddilha ħajtu.

Fl-aħħar edizzjoni ta' Mużika Mużika, lil Neville rajnieh jinterpreta kanzunetta bi kliem u mużika ta' Corazon bl-isem ta' 3 ta' Ġunju 2021. Kanzunetta li kienet iddedikata lit-tewmin tagħhom Giovanni u Giuseppe.

Neville jaqsam li oriġinarjament hu kien għalliem tat-Taljan u semmew lit-tfal għan-nanniet. Hu jistqarr li ħassu ħażin meta skopra li se jkollu tewmin. Kienet sorpriża kbira għalihom għax kienu qed jippreparaw kollox għal tarbija waħda iżda mbagħad skoprew li se jkollhom tewmin.

Araw l-aktar mumenti interessanti waqt l-intervista tiegħu!

Facebook / Neville Refalo


Emil Calleja Bayliss