Il-paġna lokali Maltese Islands Weather, jgħaddu aġġornament dwar it-temp li għandna nistennew illum. Jidher li ħa jkollna temp bi ftit minn kollox.

Huma jiktbu, "Il-Ġimgħa 19 ta’ April 2024 - It-temp varjabbilment għal biċċa l-kbira msaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita tul filgħodu imbagħad jiċċara. L-ogħla mal-jum 16°C u l-anqas illejla 12°C. Ir-riħ Punent Majjistru Forza 4 għal 5, li jitqawwa f'daqqa u jsir Forza 6 għal 7 sa tard filgħodu. Ir-riħ se jilħaq Forza 7 għal 8 kultant waranofsinhar, qabel jonqos u jsir Forza 4 għal 5 billejl."

Jidher li għandna nistennew xi ftit maltemp u t-temperatura reġgħet kesħet xi ftit. Żgur li dawk li bdew igergru li s-sajf beda kmieni qed jifirħu b'temperaturi bħal dawn. Fadallul xi ftit biex jibda s-sajf, allura għandna ngawdu dan it-temp kemm nistgħu għalissa qabel nibdew ingergru bis-sħana!


Emil Calleja Bayliss