Clifford Galea, il-Gvernatur Reġjonali taż-żona Tramuntana jtella’ dan il-ħsieb dwar il-filmat tal-ħaddiema li kienu qed jieħdu d-droga waqt il-ħin tax-xogħol. 

“Il-ħażin jibqa' ħażin, iżjed u iżjed meta tagħmlu f'post li mhux darek; iġifieri fuq ix-xogħol. Ħallejt ftit ħin jgħaddi apposta. Qed nitkellem fuq il-każ li kulħadd sema' bih ilbieraħ. Imma l-iskop tal-filmat x'kien? Kien ta' tpattija bħal meta l-moħħ jgħid: "Dawn ituna ċ-ċitazzjonijiet. Kemm huma mill-agħar. Mela xerred ħa jieħdu ġo fihom."Għal darb'oħra, il-ħażin ħażin, iżjed u iżjed meta taħdem f'sistema li tikkoreġi lil ħaddieħor. Imma nsaqsi: Ingħataw għajnuna issa jew direzzjoni ta' kuraġġ biex joħorġu mill-problema? Jew tkeċċew u tħallew għal riħhom, jegħrqu iżjed ‘l isfel?

Għax jekk għandhom problema, iżjed ser iżżid. L-istmerrija u li tieħu li ħaqqek tistennieha. Imma jekk aħna nsara u ta' qalb, għandna naħsbu li dawn għandhom bżonn l-għajnuna wkoll? Jew nikkundanaw biss u nħallu n-nies jinżlu iżjed fl-abbiss?”


Rowena Grech