Illum tagħlaq għeluq sninha l-attriċi Tania Scicluna, bl-età ta' 52 sena.
Apparti li hija attriċi, Tania taħdem bħala qabla (midwife) f'Mater Dei u ilha snin taħdem f’dan is-settur.
Fl-1990 ingħaqdet mal-MTADA bħala attriċi u ħadmet f’numru ta’ produzzjonijiet teatrali, fosthom bħala Lucy Cacciatolo fi Bla Kondixin.
Lil Tania rajniha wkoll f' Simpatiċi u Villa Sunset u bosta jiftakruha bil-parti ewlenija fil-film Il-Madonna taċ-Ċoqqa ta’ Elio Lombardi u kif ukoll fis-soap opera Ipokriti, bil-parti ta' Alice.
Awguri kbira f'għeluq sninek Tania!
Facebook / Tania Scicluna