Il-pubbliku tkellem, ivvota u ddeċieda! Carmen u AJ huma l-aħħar koppja li ġew eliminati mill-villa ta’ Love Island Malta hekk kif wasalna għall-aħħar ġimgħa tal-avventura!

Il-votazzjoni kienet waħda intensiva, wara li ġew magħduda l-voti kollha, kien ċar li Carmen u AJ kienu dawk li rċevew l-inqas appoġġ mill-pubbliku. Koppja oħra li kienet fil-periklu kienet dik ta’ Sean u Yennifer, li wkoll kisbu numru relattivament baxx ta’ voti.

Wara ġranet mimlija emozzjonijiet, sfidi u mumenti memorabbli, il-vjaġġ ta’ Carmen u AJ fuq il-programm issa wasal fi tmiemu. Minkejja kollox, ħallew il-marka tagħhom fil-villa u żgur li se jibqgħu f’qalb ħafna telespettaturi.

Issa li l-finali tinsab wara l-kantuniera, fil-villa qiegħda tinħass il-pressjoni aktar minn qatt qabel. Il-koppji li fadal qed jagħmlu l-aħħar sforzi biex jikkonvinċu lill-pubbliku li huma jistħoqqilhom jirbħu t-titlu ta’ rebbieħa ta’ Love Island Malta. Kollox jista’ jiġri u l-ġimgħa finali se tkun waħda li żgur ma għandekx titlef!


Emil Calleja Bayliss