Il-preżentatriċi lokali Maria La Barokka Muscat, magħruf ukoll għat-talent tal-kant tagħha, qasmet ritratt minn attività li ġiet mistienda għaliha.

Hi tirrifletti u tikteb, "Il-kant huwa parti minn qalbi wisq... u ħasra li ma tantx jien attiva, però nwiegħed lil kull min jistaqsini li qed nippjana li nerġa' niġi lura anki biex nagħti ġieħ lil ommi u missieri li tant kienu jħobbuni u jtuni appoġġ."

Maria tkompli, "Dejjem fuq quddiem kienu jkunu... imma għalikom Ma u Pa, nerġa' lura. Grazzi lil Gaffiero Ivan u lil uliedu Martina Gaffíerô u Tiziana Gaffiero li jtuni tant appoġġ."

Nieħdu gost nisimgħu li għandek f'moħħok tkompli taħdem fuq dan it-talent mill-isbaħ!


Emil Calleja Bayliss