Żgur mhux forsi li l-ħafna partitarji u segwaċi tal-futbol ser jibdew jiddiskutu dwar min se jkun dak il-player li jiskorja l-aktar goals fil-World Cup 2022.

Fost diversi ismijiet jispikkaw players bħal Kylian Mbappe u Karim Benzema ta’ Franza, Cristiano Ronaldo għall-Portugall, L-Arġentin Lionel Messi u Harry Kane tal-Ingilterra, li dan tal-aħħar kien il-player li skorja l-aktar goals fil-World Cup li għaddiet bl-ammont ta’ sitt goals għat-Three Lions. Ma rridux naqtgħu barra lil Robert Lewandowski, li għalkemm wieħed jaħseb li għandu inqas ċans jiskorja minħabba li l-kwalità tal-players Pollakki forsi hija inqas tajba milli mdorri, nafu kemm hu kapaċi jitfa' l-ballun fix-xibka wara l-istaġuni li qatta' ma' Bayern Munich u issa ma' Barcelona.

Biss wieħed ma jridx jeskludi lill-ebda player, avolja dawn huma erba’ mill-favoriti bħala t-top scorers. Jafu jispikkaw u jissorprendu lil dak li jkun  players bħall-Franċiż Christopher Nkunku, li dan skorja 35 goal fl-istaġun li għadda ma’ RB Leipzig. Jafu jagħtu sorpriża wkoll players bħall-Brażiljan Gabriel Jesus u anke bħall-Arġentin Lautaro Martinez.


Henzley  Bezzina