Il-personalità Nicholas Borg Bonaci u l-familja tiegħu llum irċivew aħbar kerha ħafna - sfortunatament tilfu membru tal-familja tagħhom, Paul Ebejer, li jiġi l-kuġin ta’ Nicholas kif ukoll il-ħabib kbir tal-kantant Kevin Borg.

Fuq il-midja soċjali, Nicholas kiteb: “Din is-sena kienet sena kiefra għall-familji tagħna, ħasdet lil hafna, però din tal-lum żgur ma kontx qed nistenniha. Kuġin ħallejtna bla kliem, ma nistax inniżżilha li tlaqt. Kont dejjem hemm meta kelli bżonn, kont wieħed minn tal-ewwel li aċċettajtni kif jien!”

Nicholas kompla billi qal: “L-imħabba li kellek għall-familja  kienet kbira wisq. Kemm ħa nimmissja dawk il-messaġġi ta’ Facebook. Sentenza li ħa nibqa’ nġorr li kont tgħidli dan l-aħħar: ‘Kuraġġ u ħu hsieb il-familja’. Issa qed nitolbok tagħti kuraġġ lill-familja kollha f’dan il-mument… Ommok li tant ħabbejt żgur laqqatek fi ħdana ma’ ħutek.”

Apparti minn dan, Kevin Borg ukoll għadda messaġġ lill-ħabib tiegħu Paul: “Ma nistax nemmen li għadek kif ħallejt din id-dinja l-għażiż ħabib tiegħi Pops. Paul Ebejer, iktar magħruf bħala Pops, kien maħbub minn ħafna u l-memorji kbar tiegħi ta’ dan is-sinjur kbir qatt ma jisparixxu! Il-kondoljanzi profondi tiegħi jmorru għand il-familja kollha. Strieħ fil-paċi ħabib tiegħi.”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil familja, ħbieb u qraba ta’ Paul Ebejer, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż Paul.

Facebook/Paul Ebejer


Nicole Barbara