Il-preżentatur Gordon Pace minn Calypso Radio 101.8 FM, illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Għall-okkażjoni t-tim xtaq jawguralu xewqat sbieħ f'dan il-jum speċjali.

Il-kollegi kollha tiegħu jinsabu tant kburin bih, u huwa tant irrispettat minnhom ilkoll. 

"Mhux biss huwa l-kap tagħna/maniġer tal-istazzjon, huwa wkoll ħabib u bniedem li jaf jisma' lkoll! Awguri f'għeluq sninu lill-mexxej tagħna Gordon Pace mingħandna lkoll f'Calypso. Grazzi tal-ħidma qatigħ tiegħek biex tagħmel lil Calypso Radio dejjem aħjar."

Bosta segwaċi u semmiegħa tal-istazzjon ikkummentawlu biex jawgurawlu mill-qalb f'din il-ġurnata speċjali.  Awguri mill-qalb Gordon f'isem Gwida.mt! Nixtiqulek aktar snin ta' saħħa, hena u suċċessi!


Kyle Zarb