Diversi captains tat-timijiet li se jieħdu sehem fil-World Cup 2022 se jkunu qed jilbsu l-faxxa tal-captain bil-kuluri tal-bandiera tal-LGBTQ+ bħala solidarjetà lejn din il-komunità minħabba li l-omosesswalità hija llegali fil-Qatar.

Din il-ħaġa mhux se ssir mill-captain ta’ Franza, il-gowler Hugo Lloris. Dan qal li hu għandu l-opinjoni personali tiegħu u li meta fi Franza jilqgħu l-barranin ikunu jriduhom li jimxu mar-regoli l-pajjiż. “Jien ser nagħmel l-istess fil-Qatar. Irrid nuri rispett,” kompla jgħid Lloris.

Lloris kien ukoll il-captain ta’ Franza fl-aħħar World Cup tal-2018 meta dawn rebħu l-kompetizzjoni fil-finali kontra l-Kroazja.


Henzley  Bezzina