Jekk b’xi mod ma kinux diġà jafu bih permezz tal-Malta Eurovision Song Contest, il-Maltin żgur mhux forsi tgħaxxqu bit-talent ta’ Franklin Calleja meta wasal għal-live shows tal-ewwel sensiela ta’ X Factor Malta. Ilbieraħ, Franklin fakkar kif għalaq 7 xhur bl-eżatt mindu deher l-aħħar fuq il-midja lokali... iżda dan ma kienx nieqes minn botta għal proġett mużikali innovattiv li qed jippjana!

F’aġġornament li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Franklin jisħaq fuq kif, għalkemm jimmissja l-kant u l-karriera mużikali tiegħu, xorta waħda kellu bżonn ta’ pawża qasira. Għaldaqstant jidher li issa beħsiebu jiġi lura bil-kbir: huwa jaqsam magħna idea li għandu fejn iwaqqaf grupp mużikali klassiku Malti għaliex iħoss li dan huwa nieqes f’pajjiżna. Żgur mhix xi ħaġa li aħna mdorrijin naraw!

Franklin

Facebook / Franklin Calleja

Franklin ma jixtieqx jibqa’ biss bl-affarijiet tas-soltu: huwa qed ifittex xi ħaġa ġdida fjamanta, u peress li jħobb jaħdem u jikkollabora ma’ artisti oħrajn, jaf li din tkun opportunità f’waqtha. Bosta huma dawk li qed jawgurawlu għal dan il-proġett, u l-pubbliku Malti jinħass ħerqan sabiex jara kif jiżvolġi.

Xi tgħidu intom – eċċitati għal dan il-pass kreattiv li jrid jieħu?

Facebook / Franklin Calleja


Kurt Gabriel Meli