ll-preżentatur ta' ONE, Nigel Vella, fuq il-mezzi soċjali tiegħu ħabbar li sar missier. Hu qasam ritratt ħelu u messaġġ li impossibbli li ma jmisslekx qalbek. Wieħed jista' japprezza l-ferħ ġenwin li ħass il-preżentatur hekk kif hu u l-għażiża tiegħu laqgħu fi ħdanhom liċ-ċkejken Ben.
Nigel jikteb, "Qabel is-2.07am ta’ dalgħodu, il-ġurnata tat-3 ta’ Lulju ma kellha l-ebda sinifikat partikolari għall-familja tagħna. Iżda minn dak il-ħin ‘il quddiem din il-ġurnata se tibqa’ f’qalbna bħala l-isbaħ ġurnata ta’ ħajjitna bil-miġja ta’ Ben. Il-mamà Elaine tinsab tajba."
Hu jkompli, "Grazzi lill-istaff kollu ta’ Mater Dei li kien ta’ assistenza għalina, grazzi speċjali lil qabla Melissa Cini li ma telqitniex minuta mill-bieraħ filgħodu sa ftit tal-minuti ilu. Grazzi lil Gynae tagħna Romina Cini Custo’ u lill-familji u l-ħbieb tagħna. Fuq kollox l-ikbar grazzi lil Alla ta’ dan il-miraklu."
F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Nigel u lil Elaine l-isbaħ xewqat. Ninsabu konvinti li se jkunu qed irabbu lil Ben f'ħafna mħabba u għożża. Awguri mill-ġdid!
Facebook / Nigel Vella