Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli tkellmet dwar dak li lbieraħ intqal mill-kantanta Phylisienne Brincat dwar in-nies li twieldu b'xi kundizzjoni jew oħra fuq il-programm ta' Quinton Scerri Popolin.
Il-Ministru kitbet, "Diżgustanti. Din mhi xejn għajr stigma taħt il-madmad tal-fanatiċiżmu 'reliġjuż'. Issa isbaħ. Waqt il-programm Popolin, persuna fuq il-panel qalet li min għandu diżabbiltà, min għandu downsyndrome, jew min hu marid hu frott id-dnub. Għadek ma tafx kemm weġġajt nies."
Oliver Scicluna wkoll indirizza dak li ntqal fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn qal, "Jien skużawni però televiżjoni ma narax, forsi ftit ta' wara l-muntanji, iżda dalgħodu kellmuni ftit mhux ħażin persuni rigward il-kumment li lbieraħ għamlet Phyllisienne Brincat. Jien ma għandi l-ebda ħsieb li nattakka lil Phyllisienne għax nemmen u rrid nibqa' nemmen li hi mara tajba, iżda ma nistax anke wara li rajt il-filmat ma' nikkummentax. Ma rridx ngħaddi messaġġ mimli emozzjonijiet l-anqas."
Hu jkompli, "Mela li nidħku b'persuna b'diżabbiltà speċjalment min mhux dejjem jifhem li qed niddieħku bih, skont ħafna issa hija attroċi, imma fl-istess ħin mhux problema, tgħaddi mal-oħrajn (hawn mhux nirreferi ghal Phyllisienne), li ngħidu li persuna b'diżabbiltà tiġi frott ta' dnub hija attroċità oħra."
Oliver iżżid, "Jacob għamel punt importanti li l-istigma tkompli tikber b'dawn it-tip ta' kummenti, u nistgħu mhux naħdmu biex il-persuni b'diżabbiltà jkunu ċittadini attivi, għax kummenti u ħsibijiet bħal dawn jibqgħu jpinġu persuni b'diżabbiltà bħala inqas minn ħaddiehor, xi kultant ukoll bħala oggetti. Le, nibqa' nemmen li ċertu diskors ma jistax jibqa' jiġi tollerat, għax inutli npaċpċu fuq id-drittijiet u l-inklużjoni."
Hu jtemm, "Ma naqbilx l-anqas li hemm min qiegħed jgħajjar lil Phyllisienne, biex niddiżapprovaw xi ħaġa li qal ħaddiehor ma hemmx bżonn naqaw fil-baxx."
X'taħsbu intom?
Facebook / Popolin