Persuna ntlemħet issuq fid-direzzjoni opposta b'periklu mhux biss għaliha iżda wkoll għas-sewwieqa l-oħrajn fl-eqqel tat-traffiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
"Dan bis-serjetà?" staqsiet il-persuna li ġibdet dan il-filmat waqt li kienet passiġġiera f'karozza.
Ħafna kienu dawk li esprimew it-tħassib tagħhom għal attaġjament bħal dan u fissru kif jista' jwassal għal xi inċident fatali. Kien għalhekk li ħafna appellaw għal iżjed attenzjoni fit-triq.
Intom x'taħsbu?
Ritratti: Facebook / Malta Diżastru Totali