Marco Parascandolo, magħruf aktar bħala Skandlu fid-dinja lokali tal-moda, skont Sarah Zerafa jixbaħ xi ftit lil kantant ċelebri Sam Smith fir-ritratt tal-karta tal-identità tiegħu. Aħna ħsibna li naqsmu dan ir-ritratt magħkom biex taraw intom stess jekk temmnux li hemm xebh jew le!

Ritratt: Instagram / Sarah Zerafa

Ngħiduha kif inhi ħafna drabi, diversi nies jiddejqu juru l-karta tal-identità minħabba r-ritratt imma jekk tkun tixbaħ xi ħadd famuż fiha, sinjalli li ġejt tajjeb fir-ritratt. Mhux hekk? Hawn fuq qed taraw il-famuż ritratt ta' Skandlu li deher f'waħda mill-istejjer ta' Instagram ta' Sarah Zerafa.

Ritratt: Instagram / Sam Smith

Biex nagħmlulkom ħajjitkom faċli ħsibna li nsibu ritratt tal-kantant Sam Smith biex tkunu tistgħu tqabblu intom bejn it-tnejn. Għidulna tarawx xi tip ta' xebh fil-kummenti, taħsbux li huma fula maqsuma, ftit xebh bejn it-tnejn jew xejn affattu. Sarah Zerafa għandha raġun jew le?

Facebook / Skandlu


Emil Calleja Bayliss